Add to my calendar
Event Ended
MusicOpera

Armida

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Post:Teatru Manoel, Valletta
Prezz: €30 | €50 | €70

Deskrizzjoni

Teatru Manoel jippreżenta produzzjoni ġdida ta’ Armida, li hi opra fi tliet3 atti mill-kompożitur Taljan Gioachino Rossini maqluba għal-librett Taljan minn Giovanni Schmidt. Din il-produzzjoni tikkonsisti mis-sopran rinomat Elisa Balbo fil-parti prinċipali, flimkien mat-tliet tenuri Maltin Nico Darmanin, Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens, KorMalta, il-Malta Philharmonic Orchestra, u Moveo Dance Company, b’kostumi ddisinjati minn Luke Azzopardi. Id-direttur huwa Paul Carr u id-direzzjoni mużikali se tkun f’idejn Davide Levi.

Din hija l-ewwel darba li din l-opra se tittella’ hawn Malta u tirrakkonta l-istorja tas-saħħara Seraċina Armida, li tuża s-setgħat tagħha biex issaħħar u tonsob l-għedewwa Kruċjati tagħha. Bil-kompożizzjoni maestuża ta’ Rossini u l-librett impressjonanti minn Giovanni Schmidt, din il-produzzjoni twiegħed li twassal l-udjenza f’dinja ta’ seħer, imħabba u tradiment.

Din l-opra hija testment veritier tal-ġenjalità ta’ Rossini, bil-linji vokal ikkumplikati, arias mill-isbaħ u xogħlijiet tal-ensemble eċċitanti, fejn turi l-abbiltà tal-kompożitur biex joħloq mużika li hi eżiġenti b’mod tekniku, u reżonanti b’mod emozzjonali, li tagħmilha tassew opra li jitgħaxxqu biha kemm entużjasti tal-opra, kif ukoll udjenzi ġodda.

    Cast

    Armida - Elisa BalboRinaldo - Nico DarmaninGernando & Ubaldo - Alan SciberrasGoffredo - Cliff Zammit StevensEustazio - Anle GouIdraote - Albert Buttigieg-KorMaltaThe Malta Philharmonic OrchestraMoveo Dance Company

    Tim Artistiku

    Composer:Gioachino Rossini
    Libretto:Giovanni Schmidt
    Director:Paul Carr
    Conductor:Davide Levi
    Design:Adrian Mamo
    Costume Design:Luke Azzopardi
Theatrical Tour
coming soon
12 March - 12 March
Drama
coming soon
6 March - 15 March
Music
coming soon
10 March - 10 March
Baby SeriesToi Toi
coming soon
14 March - 15 March
Music
coming soon
15 March - 15 March
MusicalToi Toi
coming soon
21 March - 28 March
Music
coming soon
22 March - 22 March
Music
coming soon
27 March - 27 March
MusicToi Toi
coming soon
2 April - 2 April
MusicToi Toi
coming soon
4 April - 5 April
Music
coming soon
7 April - 11 April
Musical
coming soon
8 May - 17 May
Dance
coming soon
22 May - 24 May
Music
coming soon
5 June - 5 June
Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x