Add to my calendar
Event Ended
Opera

Il Re Pastore

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel, Festivals Malta
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Minn xi tliet tużżani opri li kkompona Mozart, ftit huma dawk li normalment jittellgħu. Għal din it-tieni edizzjoni tal-Valletta Early Opera Festival, Festivals Malta, b’kollaborazzjoni mat-Teatru Manoel, qegħdin jippreżentaw interpretazzjoni maġika ta’ Il Re Pastore, waħda mix-xogħlijiet ta’ Mozart li mhumiex apprezzati biżżejjed, b’Maestro Giulio Prandi li se jerġa’ lura biex imexxi l-ensemble orkestrali. L-opra tirrakkonta l-ġrajja tar-re tal-Maċedonja, Alessandro, li niżżel lil Stratone, tirann ta’ Sidon, mit-tron tiegħu, bl-għan li jsib lil min jistħoqqlu bid-dritt li jkun ir-re.

 

Il Re Pastore hija waħda mir-repertorju tal-bidu ta’ Wolfgang Amadeus Mozart, silta li Mozart ikkompona meta kellu biss 19-il sena. Xi waqtiet l-anqas biss isejħulha opra, imma serenata, tip ta’ kantata drammatika. Id-dehra ta’ kwartett ta’ maħbubin (Aminta u Elisa, Agenore u Tamiri) ta’ fedeltà xi ftit dubjuża, awtomatikament tieħu l-ħsieb tal-udjenza moderna lejn Cosi Fan Tutte. Il Re Pastore hija silta li ddaħħlek fl-istorja b’temi simili permezz ta’ librett Taljan ta’ Metastasio.

 

L-opra ta’ din is-sena se terġa’ tara lill-kontro-tenur Federico Fiorio fl-irwol prinċipali ta’ Aminta, lil Claire Debono bħala Tamiri u lil Raffaele Giordani bħala Agenore. Il-kast se jinkludi wkoll żewġ persuni ġodda għall-Valletta Early Opera Festival: lil Catherine Trottman bħala Elisa u lil Nico Darmanin bħala Alessandro. Direzzjoni tal-palk hija f’idejn Tommaso Franchin, u Giacomo Biagi huwa l-assistent direttur mużikali. Ix-xenografija u l-kostumi huma f’idejn Fabio Carpene u Giovanna Fiorentini rispettivament.

    Theatrical Tour
    26 August - 21 October
    Drama
    coming soon
    17 October - 17 October
    Drama
    coming soon
    24 October - 2 November
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 October - 26 October
    MusicalToi Toi
    coming soon
    29 October - 12 November
    Music
    coming soon
    29 October - 29 October
    ComedyToi Toi
    coming soon
    30 October - 13 November
    Drama
    coming soon
    14 November - 21 November
    Music
    coming soon
    25 November - 25 November
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    29 November - 8 December
    Dance
    coming soon
    8 December - 13 December
    MusicToi Toi
    coming soon
    13 December - 20 December
    Play
    coming soon
    21 December - 5 January
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    31 January - 7 February
    Opera
    coming soon
    22 February - 1 March
    Drama
    coming soon
    6 March - 15 March
    MusicalToi Toi
    coming soon
    21 March - 28 March
    MusicToi Toi
    coming soon
    4 April - 5 April
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 April - 26 April
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    23 May - 30 May
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x