OKTOMARA (Lingwa tal-qarnit) hija kelma li tevoka l-beżgħat mill-passat tagħna. Għandha tiġi ripetuta sakemm jinħass il-bżonn. Fuq
il-gżira mitlufa, tgħix tfajla, waħedha, mifnija mill-passat tagħha li fih hemm memorji sbieħ, ħut maġiku jgħum fis-sema u silwetti
suwed disturbanti marbuta flimkien. Il-tfajla tipprova ssib il-bilanċ fraġli u li jinbidel tagħha. Il-biża’ ġewwiena tagħha tinvadiha u fil-veru sens tal-kelma ssir mostruża għax tbiddilha fi kreatura stramba – qarnita. Din it-trasformazzjoni hija tentattiv biex tkampa mal-vjolenza li esperjenzajna, jew… il-mewt? X’jibqa’ fina u xi jmut biex jerġa’ jitwieled mill-ġdid u jgħix? Ftit ftit titgħallem tipperfezzjona t-tmien swaba’ tagħha, titgħallem il-lingwa tal-qarnit, u tibda tafda l-gawwi – dan kollu huwa meħtieġ biex terġa’ tikseb il-forma tagħha.