Add to my calendar

TOI TOI Workshops Ages: 16+: Intimacy with Simone Ellul

Back to What's on

Dettalji

Produttur:TOI TOI
Età tad-Dħul:16+
Post:Studio Theatre - 81 Old Mint Streat

Deskrizzjoni

‘Unlocking the Power of No to Say Yes

 

F’dinja fejn jiddominaw il-kliem ‘iva’ u ‘iva tista’ tagħmilha’, ħafna drabi nispiċċaw ninjoraw l-importanza li ngħarfu l-konfini tagħna stess u nikkomunikawhom mal-oħrajn. Il-bilanċ li jkollok moħħ miftuħ b’konfini b’saħħithom jista’ jinstema’ kontradittorju, iżda li titgħallem kif għandek tikkomunika ma’ ħaddieħor dwar dak li verament qed tħoss, se jġiegħel lil ħaddieħor iħossu iktar komdu li jaqsam l-esperjenzi tiegħu miegħek. Li wieħed jistabbilixxi l-konfini tiegħu, tagħtih iktar libertà. F’dan il-workshop se niddiskutu kif persuna titgħallem dwar il-konfini tagħha u dawk ta’ ħaddieħor, u dwar kif il-fatt li tonorahom u tirrikonoxxihom, jippermettu li kulħadd iħossu aktar komdu fil-proċess kreattiv.

 

Se nitgħallmu wkoll x’ifisser dan waqt spazju ta’ provi kif ukoll fuq il-palk filwaqt li nidħlu aktar fil-fond fis-suġġett tal-kunsens, inkluż x’inhi mġiba kunsenswali fl-awdizzjonijiet, fil-provi u waqt il-prestazzjoni. Se nesploraw il-prinċipji tas-sigurtà fl-intimità u kif dawn jistgħu jiġu applikati għax-xogħol tagħna biex noħolqu mumenti ta’ intimità li huma kredibbli, awtentiċi u kunsenswali.

 

Dan il-workshop huwa ideali għall-artisti li jixtiequ jiżviluppaw ħiliet u għodod li jgħinuhom jitkellmu u jaħdmu f’ambjent fejn il-konfini huma rispettati.

 

Simone Ellul

 

Simone Ellul taħdem fl-industrija tat-teatru u tal-films b’esperjenza fir-reċtar, id-direzzjoni u l-kitba ta’ skripts. Għandha wkoll esperjenza estensiva bħala improvizzatriċi u għalliema tal-improvizzazzjoni. Simone għandha MFA fl-Istaging Shakespeare mill-Università ta’ Exeter. Hija Intimacy Coordinator mal-IDC (Intimacy Directors and Coordinators) u Certified Intimacy Director mal-ISS (Intimacy for Stage and Screen) ibbażata f’Malta/fl-Ewropa. Simone ilha tesplora modi kif tagħmel l-intimità sikura għall-improvizzaturi u żviluppat workshops li jippermettu lill-improvizzaturi jesprimu l-intimità b’mod naturali u sikur. Hija kienet Intimacy Director ta’ bosta produzzjonijiet teatrali fosthom ‘Is This Okay?’ (Toi Toi Collective), ‘Thirst Trap’ (Studio 18), ‘Ġiraffa Ħarbet minn Kastilja’ (Spazju Kreattiv), ‘Teatru Tal-Miskin’ (Saydon Studio), ‘Walking Home’ (Prickly Pear Productions) u ‘Private Lives’ (MADC). Il-krediti tagħha ta’ Intimacy Coordinator  jinkludu ‘Under Her Skin’ (Gaumont Ltd.), ‘Żejtune’ (Pellikola Ltd.), ‘The Wives’ (Gaumont Ltd.) u ‘Big Boys’ (Roughcut TV).

    Music
    coming soon
    17 April - 17 April
    Theatrical Tour
    coming soon
    1 April - 1 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    29 March - 15 February
    Music
    coming soon
    30 March - 30 March
    Music
    coming soon
    22 April - 26 April
    ConcertDance
    coming soon
    22 April - 26 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    3 May - 3 May
    Musical
    coming soon
    9 May - 17 May
    Dance
    coming soon
    23 May - 25 May
    Music
    coming soon
    30 May - 30 May
    Music
    coming soon
    9 July - 9 July
    Dance
    coming soon
    24 July - 27 July
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x