Add to my calendar
Event Ended
Concert

Ċelebrazzjoni 90

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Żejtun Band Club
Post:Teatru Manoel, Valletta
Prezz: €8 | €10

Deskrizzjoni

90 sena ilu, fl-20 ta’ Settembru tal-1933 iż-‘Żejtun Band Club’ ġie rreġistrat mal-pulizija. Din l-għaqda hija d-dixxendenti tal-ewwel kumitat fl-irħula tal-Partit tal-Ħaddiema li twaqqaf fiż-Żejtun fl-1922 u wkoll taż-Żejtun Jazz Band imwaqqfa fl-1928. Maż-żmien fil-bidu tas-sena 1930 il-Jazz Band ittrasformat ruħha f’banda li daqqet għall-ewwel darba f’Cine Carabott iż-Żejtun, nhar l-Għid il-Kbir li ħabat fl-20 t’April 1930. Biss id-data uffiċjali tal-fondazzjoni titqies dik meta l-Għaqda ġiet rreġistrata fl-1933.

Maż-żmien il-Banda Żejtun kompliet tikber u twessa’ iżjed il-parteċipazzjoni mużikali tagħha fil-ħajja taż-Żejtun, speċjalment fil-festa ta’ Santa Katerina, fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u wkoll fi bliet u rħula oħra.

Kienu bosta s-suċċessi li kisbet fosthom insemmu r-rebħ tal-Konkors Nazzjonali tal-Baned Maltin f’Diċembru tal-1986 b’kunċert Ii sar fit-Teatru Manoel, fil-Karnival ta’ Malta meta waqqfet rekord nazzjonali ta’ rebħ konsekuttiv bil-marċi grotteski, karrijiet u grupp ta’ allegrija. Insemmu wkoll bosta programmi mużikali u magħom il-mawra ricenti f’Lixandra u l-Kajr fl-Egittu fejn tellgħet Programm Mużikali ġewwa l-Katidral ta’ Santa Katarina u programm mużikali fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Ambaxxata Maltija fl-Eġittu.

Id-determinazzjoni tal-kumitati tat-tmexxija wasslet ukoll biex illum l-Għaqda mhux biss għandha każin kbir imma tipposedi wkoll teatru bl-isem Pandora li għal snin twal intuża wkoll bħala ċinema.

Dawn it-tifkiriet fil-kullana ta’ suċċessi se jiġu mfakkra f’dan il-kunċert ċelebrattiv li jinkludi wkoll features. Il-Banda Żejtun se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro David Agius A.(Mus.) L.C.M., A.(MUS) V.C.M. (Hons.) A.L.C.M. F’dan il-kunċert ċelebrattiv se nisimgħu għadd ta’ siltiet fosthom dawk li se jindaqqu għall-ewwel darba tas-Surmastrijiet Maltin bhal Onorato Gauci, Ray Zammit, Antoine Mercieca, John J Pace, u David Agius. Jinkludi wkoll siltiet ta’ diversi kompożituri barranin bħal Bizet, Longfield, Holst, Shostakovic u Dostal.

    Tim Artistiku

    Konduttur:Mro David Agius
Theatrical Tour
coming soon
29 October - 29 October
coming soon
29 October - 29 October
Musical
23 October - 1 November
DramaToi Toi
coming soon
31 October - 1 November
ComedyToi Toi
coming soon
6 November - 6 November
Drama
coming soon
6 November - 15 November
MusicToi Toi
coming soon
7 November - 8 November
Opera
coming soon
12 November - 12 November
PlayToi Toi
coming soon
14 November - 14 November
Music
coming soon
17 November - 17 November
Music
coming soon
20 November - 20 November
MusicToi Toi
coming soon
21 November - 22 November
Music
coming soon
26 November - 26 November
Music
coming soon
27 November - 27 November
PlayToi Toi
coming soon
28 November - 28 November
Dance
coming soon
6 December - 8 December
Baby SeriesToi Toi
coming soon
12 December - 20 December
MusicToi Toi
coming soon
12 December - 13 December
ComedyToi Toi
coming soon
19 December - 19 December
Baby SeriesToi Toi
coming soon
23 January - 31 January
Music
coming soon
28 January - 28 January
Music
coming soon
29 January - 29 January
Music
coming soon
12 February - 12 February
PlayToi Toi
coming soon
13 February - 21 February
ComedyToi Toi
coming soon
13 February - 13 February
MusicToi Toi
coming soon
6 March - 7 March
Baby SeriesToi Toi
coming soon
10 April - 10 April
DramaToi Toi
coming soon
15 April - 18 April
ComedyDramaToi Toi
coming soon
17 April - 17 April
MusicToi Toi
coming soon
24 April - 25 April
MusicToi Toi
coming soon
13 May - 13 May
Baby SeriesToi Toi
coming soon
22 May - 30 May
Music
coming soon
5 June - 5 June
Music
coming soon
24 June - 24 June
Music
coming soon
25 June - 25 June
Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x