Add to my calendar
Event Ended
Drama

Għażiż Francis

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Għażiż Francis mhijiex biografija ta’ Francis Ebejer, imma hija produzzjoni drammatika li tinseġ sensiela ta’ memorji u ħsibijiet fuq, bla dubju, l-aktar drammaturgu importanti ta’ Malta u rumanzier tal-perjodu ta’ wara l-gwerra sakemm miet fl-1993. Peter u Pino jidħlu f’taħdita li titfa’ dawl fuq il-laqgħat u l-memorji personali tagħhom, minsuġa ma’ xeni animati ta’ uħud mid-drammi, poeżiji u kitbiet oħra l-aktar memorabbli ta’ Ebejer.

Ebejer kiteb il-biċċa l-kbira tal-istejjer tiegħu bl-Ingliż u l-biċċa l-kbira tad-drammi tiegħu bil-Malti, anke jekk kien jittraduċi ħafna minnhom bl-Ingliż hu stess. Filwaqt li l-ewwel drammi sperimentali tiegħu ġegħluh jinħabb mal-kritiċi tat-teatru, id-drammi li kiteb fis-sebgħinijiet kienu aktar reżonanti mal-udjenzi tat-teatru fejn il-biljetti kienu jinbiegħu sew. Dan jista’ jkun il-każ minħabba l-mod ta’ kif kien ipinġi b’mod realistiku l-klassi medja f’Malta ta’ wara l-Indipendenza.

Għażiż Francis ittella’ għall-ewwel darba fl-2007 bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta, u se jerġa’ jingħata l-ħajja biex jitfakkar iċ-ċentinarju mit-twelid ta’ Ebejer fl-1925, b’din il-produzzjoni li se ddur diversi lokalitajiet f’Malta fl-2025. Din il-produzzjoni hija ddedikata għal dawn kollha li kienu jafu, ħadmu u argumentaw ma’ Francis: l-atturi, id-diretturi, it-tradutturi u l-istudenti tiegħu.

Id-dramm jinkludi fih Davide Tucci u Sean Borg fil-partijiet prinċipali u xi tużżana mill-aqwa atturi ta’ Malta oħra. Peter Busuttil se jmexxi din il-produzzjoni. Ir-riċerka, l-adattament, u l-iskript huwa ta’ Marco Galea, ibbażat minn fuq id-drammi u r-rumanzi ta’ Francis Ebejer. Il-mużika hija ta’ Andrew Vella Zarb.

    Cast

    Sean Borg Davide TucciMarjanna Attard Sean BriffaSarah Camilleri Daniela Carabott PawleyManwel CassarMariah ConnorMariah Debattista Talitha DimechYvette Grech Buhagiar Esther Marie GrixtiKelly Peplow Jason ScerriJesmond Zerafa
Theatrical Tour
coming soon
12 November - 12 November
coming soon
12 November - 12 November
Musical
29 October - 29 October
Drama
6 November - 15 November
MusicToi Toi
coming soon
7 November - 8 November
Opera
coming soon
12 November - 12 November
PlayToi Toi
coming soon
14 November - 14 November
Music
coming soon
17 November - 17 November
Music
coming soon
20 November - 20 November
MusicToi Toi
coming soon
21 November - 22 November
Music
coming soon
26 November - 26 November
Music
coming soon
27 November - 27 November
PlayToi Toi
coming soon
28 November - 28 November
Dance
coming soon
6 December - 8 December
Baby SeriesToi Toi
coming soon
12 December - 20 December
MusicToi Toi
coming soon
12 December - 13 December
ComedyToi Toi
coming soon
19 December - 19 December
Musical
coming soon
22 December - 5 January
Baby SeriesToi Toi
coming soon
23 January - 31 January
Music
coming soon
28 January - 28 January
Music
coming soon
29 January - 29 January
Music
coming soon
12 February - 12 February
PlayToi Toi
coming soon
13 February - 21 February
ComedyToi Toi
coming soon
13 February - 13 February
MusicToi Toi
coming soon
6 March - 7 March
Baby SeriesToi Toi
coming soon
10 April - 10 April
DramaToi Toi
coming soon
15 April - 18 April
ComedyDramaToi Toi
coming soon
17 April - 17 April
MusicToi Toi
coming soon
24 April - 25 April
MusicToi Toi
coming soon
13 May - 13 May
Baby SeriesToi Toi
coming soon
22 May - 30 May
Music
coming soon
5 June - 5 June
Music
coming soon
24 June - 24 June
Music
coming soon
25 June - 25 June
Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x