Add to my calendar
23 May 2025 - 25 May 2025
Dance

MORTAL HEROES

Back to What's on

Dettalji

Produttur:ŻFINMALTA
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Il-bookings se jiftħu dalwaqt.

ŻfinMalta, National Dance Company, hija ħerqana li tippreżenta din il-kreazzjoni ġdida ta’ Sita Ostheimer, bħala parti mill-istaġun tal-10 snin anniversarju tagħhom.

 

Splussiv u delikat, aggressive u ġentili, ix-xogħol il-ġdid ta’ Sita Ostheimer għal ŻfinMalta se jieħu lil min qed jarah f’dinja li ssaħħrek fejn il-kliem huma mibdula mal-moviment, fejn l-emozzjonijiet jaħbtu ma’ xulxin  s-sensi jinbidlu. Il-kollaboraturi artistiċi eċċezzjonali ta’ Ostheimer jinkludu l-kompożitur Adrien Casalis, u d-disinjatur tad-dwal, Barnaby Booth.

 

“Ix-xeni, id-dinamiċi, il-mużika u l-kwalitajiet tal-iġsma jiċċaqalqu fix-xogħol tiegħi iħallu liż-żeffiena u lil min jarahom jiskopru renju li hu bilkemm mittiefes tal-eżistenza tagħhom stress u jesperjenzaw il-motivazzjoni li ma tidhirx wara kull forza li tiċċaqlaq. L-għan huwa li jinħoloq spazju jħabbat u mimli tensjoni li se jqiegħed lill-udjenza fi stat għoli ta’ eċitament intern u bla waqfien u li se jħallihom jesperjenzaw il-qawwa u l-abbiltà tal-ġisem, tal-moħħ u tal-moviment.” Sita Osheimer.

 

Sa mill-bidu tagħhom ŻfinMalta ħadmu lejn ħsieb ġdid favur iż-żfin kontemporanju fil-gżejjer Maltin. Iż-żeffiena eċċezzjonali tagħna jikkolaboraw mal-aqwa koreografi tad-dinja biex jiżviluppaw produzzjonijiet li huma b’saħħithom u li huma fiżikament profondi. Taħt it-tmexxija artistika ta’ Matthew William Robinson, ŻfinMalta qed jaspiraw li jkunu qawwa radikali fid-dinja taż-żfin, fejn jistaqsu dwar il-kumplessitajiet tas-soċjetà kontemporanja. Aħna rridu nesploraw u nartikulaw forom ġodda ta’ espressjoni fiżika billi nintegraw perspettivi differenti u prattiċi innovattivi.

    Music
    coming soon
    17 April - 17 April
    Theatrical Tour
    coming soon
    1 April - 1 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    29 March - 15 February
    Music
    coming soon
    30 March - 30 March
    Music
    coming soon
    22 April - 26 April
    ConcertDance
    coming soon
    22 April - 26 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    3 May - 3 May
    Musical
    coming soon
    9 May - 17 May
    Music
    coming soon
    30 May - 30 May
    Music
    coming soon
    9 July - 9 July
    Dance
    coming soon
    24 July - 27 July
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x