Add to my calendar
Event Ended
Music

PUCCINI in MALTA

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Malta Symphonic Band
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Bħala parti mill-kommemorazzjoni tal-100 anniversarju minn mewt ta’ Puccini, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ser ittella’ kunċert speċjali fid-6 ta’ Diċembru fit-Teatru Manoel bil-Banda Sinfonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Giampaolo Lazzeri. Il-mużikanti stimati tal-Banda Nazzjonali ser ikunu qed jintepretaw wħud mill-aktar xogħlijiet importanti ta’ Puccini. Il-kunċert se jkun wieħed mill-avvenimenti ewlieni fil-serje ta’ kommemorazzjonijiet li jimmarkaw dan l-anniversarju speċjali, u se joffri lill-pubbliku l-opportunità li jesperjenza l-emozzjonijiet u l-intensità drammatika tal-mużika ta’ Puccini f’wieħed mill-aktar teatri prestiġjużi ta’ Malta. Il-programm mhux ħa l-ebda arja jew biċċa muika li ġeneralment jiġu esegwiti, iżda minflok, se jiġu ppreżentati numru ta’ xogħlijiet li qatt ma instemgħu qabel għal Banda Sinfonika, flimkien ma’ traskrizzjonijiet apposta ta’ xogħlijiet li ġew riċentement skoperti tal-kompożitur. It-tenur Cliff Zammit Stevens ser ikun qed jingħaqad mal-Banda Sinfonika Nazzjonali ta’ Malta għal dan il-kunċert.

Din l-għodda tat-tixrid tal-kultura, li l-kbir Maestro kien jikkunsidraha bħala “il-ħobż mużikali tan-nies,” għadha maqtugħa lura aktar minn dixxiplini oħra, għax għadha titqies b’ċertu grad ta’ xettiċiżmu.

 

Biex jiġi indirizzat dan il-każ tat-tixrid tal-kultura mużikali, huwa essenzjali li wieħed jenfasizza l-valur tat-tisħiħ tal-livell tal-kultura ta’ komunità bħala mezz tat-trobbija tal-iżvilupp u t-tkabbir b’mod sħiħ. Dan ifisser li jintgħaraf l-irwol tan-nutriment kulturali fil-kultivazzjoni tal-ħiliet kreattivi li jistgħu jagħtu kontribut għat-tisħiħ tal-kundizzjoni umana.

 

Fid-dawl taċ-ċelebrazzjoni taċ-Ċentinarju ta’ Puccini, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda b’kollaborazzjoni maċ-Centro Studi “Giacomo Puccini,” għażlet li tqabbad lill-Malta Symphonic Band fuq inizjattiva mużikali sofistikata u ingaġġanti. Dan ikun jista’ jagħti ċans lis-semmiegħa biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-istili mużikali differenti u l-evoluzzjoni tagħhom, u hekk jiffaċilitaw it-titjib tanġibbli fil-litteriżmu mużikali. Dan il-proġett se jservi biex tkun onorata din il-forma artistika tant stmata u magħha anke il-Mestro daqstant famuż, li din is-sena qegħdin nagħtu ġieħ lilu.

    Music
    coming soon
    17 April - 17 April
    Theatrical Tour
    coming soon
    1 April - 1 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    29 March - 15 February
    Music
    coming soon
    30 March - 30 March
    Music
    coming soon
    22 April - 26 April
    ConcertDance
    coming soon
    22 April - 26 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    3 May - 3 May
    Musical
    coming soon
    9 May - 17 May
    Dance
    coming soon
    23 May - 25 May
    Music
    coming soon
    30 May - 30 May
    Music
    coming soon
    9 July - 9 July
    Dance
    coming soon
    24 July - 27 July
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x