Add to my calendar
Music

Rossini’s Sins of Old Age

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Post:Sala Isouard

Deskrizzjoni

Is-sopran Andriana Yordanova u l-pjanista Caroline Calleja se jeżegwixxu għażla ta’ siltiet mill-Mużika tas-Saluni, li hija kollezzjoni ta’ 150 silta vokali, da camera u għall-pjanu solo tal-kompożitur Gioacchino Rossini.

Fl-aħħar 40 sena ta’ ħajtu, Rossini kien waqaf milli jikkomponi l-opri, fatt kurjuż li ħadd qatt ma seta’ jispjegah sew; setgħet kienet għax saħħtu marret lura, jew minħabba l-ġid li kien ġablu s-suċċess, jew minħabba li daħlet il-moda tal-opra grandjuża u spettakulari bħal tal-kompożitur Giacomo Meyerbeer. Mill-bidu tal-1830 sal-1855, meta huwa telaq minn Pariġi u bbaża ruħu f’Bolonja, Rossini kiteb ftit li xejn. Meta reġa’ lura Pariġi fl-1855, huwa sar magħruf għas-saluni mużikali tiegħu ta’ kull nhar ta’ Sibt. Dawn kienu jkunu mimlija regolarment minn mużiċisti u miċ-ċirkli artistiċi u tal-moda ta’ Pariġi li għalihom kien kiteb siltiet divertenti imsejħa Péchés de vieillesse (Dnubiet tax-xjuħija). Bħala mistednin wieħed seta’ jsib lil Franz Liszt, Anton Rubinstein, Giuseppe Verdi, Meyerbeer, u Joseph Joachim. L-aħħar kompożizzjoni kbira ta’ Rossini kienet il-Petite Messe Solennelle(1863).

    Music
    coming soon
    20 March - 20 March
    Theatrical Tour
    coming soon
    1 April - 1 April
    Drama
    coming soon
    21 March - 23 March
    ComedyPlay
    coming soon
    22 March - 23 March
    Multimedia Theatre
    coming soon
    29 March - 15 February
    Music
    coming soon
    30 March - 30 March
    Music
    coming soon
    22 April - 26 April
    ConcertDance
    coming soon
    22 April - 26 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    3 May - 3 May
    Musical
    coming soon
    9 May - 17 May
    Dance
    coming soon
    23 May - 25 May
    Music
    coming soon
    30 May - 30 May
    Music
    coming soon
    9 July - 9 July
    Dance
    coming soon
    24 July - 27 July
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x