Lil hinn mill-gżejjer tagħna jeżistu bosta stejjer, xi ftit mibnija fuq il-fantażija u xi ftit fuq ir-realtà! Wara l-Mewġ, hija storja spirata mil-leġġendi Maltin, il-ħrejjef tal-biża’ u l-istejjer mitoloġiċi. Din il-produzzjoni mużikali, bl-użu ta’ pupazzi, hija ppreżentata minn TOI TOI u se tittella’ bil-lingwa Maltija.